It-Tmexxija tar-Russja għamlitha ċara li ma tirrikonoxxix il-mandati ta’ arrest li l-Qorti Kriminali Internazzjonali – l-ICC – ressqet fil-konfront ta’ żewġ kmandanti ewlenin tal-qawwiet Russi…Kmandanti li qed ikunu akkużati dwar reati tal-gwerra waqt l-aħħar xhur ta’ konflitt fl-Ukrajna.
Iż-żewġ akkużati huma Sergei Kobylash, kmandant tal-qawwiet tal-ajru Russu u Viktor Sokolov , li kien ammirall mal-Flotta Russa tal-Baħar l-Iswed fil-perjodu li fih seħħew ir-reati.
Intant, il-Kremlin f’Moska għamilha ċara li mhux firmatarju tal-Istat ta’ Ruma (it-trattat internazzjonali għat-twaqqif tal-ICC) u għaldaqstant ma jirrikonoxxix il-mandati inkwistjoni. Din hi t-tieni darba li ħarġu l-mandati għall-arrest ta’ uffiċjali Russi rigward reati li jaqbżu kull kriterju aċċettabbli taħt il-kundizzjonijiet ta’ gwerra – bil-President tar-Russja, Vladimir Putin, ukoll ikun suġġett għal mandat simili mill-ICC.
Il-kelliem ewlieni għall-Kremlin, Dmitry Peskov, meta rrefera għall-Qorti Internazzjonali, tkellem dwar ‘il-proċessi li qed isiru hemmhekk bil-magħluq’, Dan meta ftit li xejn hemm stennija li Moska tista’ tibdel il-ħsieb u, xi xarba, testradixxi lill-uffiċjali akkużati b’reati tal-gwerra lill-ICC.
Min-naħa tagħha, il-Qorti Kriminali Internazzjonali qalet li l-aħħar mandati nħarġu minħabba raġunijiet validi biex wieħed jifhem li Kobylash u Sokolov kienu responsabbli għall-attakki bil-missili (mill-qawwiet taħt il-kmand tagħhom) fuq l-infrastruttura ċivili tal-Ukrajna — liema attakki kienu saru bejn Ottubru tal-2022 u Marzu tal-2023.
//= $special ?>