Raġel ta’ 41 sena minn Ħaz Żabbar li għandu problema akuta ta’ droga ġie mixli b’użu ta’ vjolenza inkluż dik morali fil-konfront ta’ missieru, anzjan ta’ 65 sena. Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia ngħad li Jonathan Pellicano kien ta’ sikwit jitlob il-flus lil genituri tieghu sabiex imantni l-istess vizzju.
Fil-5 ta’ Marzu il-missier irijuta milli jagħti aktar flus lill-ibnu u konsegwenza t’hekk, ibnu ħebb għalih u tah daqqa ta ponn f’għonqu. Għall-akkużi miġjubin kontrih, ir-raġel wieġeb mhux ħati. Id-difiża talbet għal ħelsien mill-arrest, bil-Qorti tiċhad din it-talba. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Christian Cauchi talbet ukoll lill-istess Qorti il-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni fuq il-missier, liema talba giet milqugħa. Għall-akkużat deher l-Avukat Martin Fenech.
//= $special ?>