Il-Malta Mountain Bike Association organizzat l-ewwel tiġrija tal-2024 Cisk 0.0 Cross Country National Points Series b’ Luke Borg bl-ewwel rebħa fil-Miżieb.
Fil-kategorija Elite Luke Borg, fetaħ vantaġġ kmieni fuq Brandon Sultana, Clyve Chetcuti, Jason Vella u Stefan Scerri. Filwaqt li Luke Borg rebaħ b’vantaġġ ta’ minuta fl-aħħar dawra, Stefan Scerri għadda lil Clyve Chetcuti biex kiseb it-tieni post b’distakk ta’ 16-il sekonda fuq Chetcuti.
Fil-kategorija tan-nisa Diana Muscat marret fil-vantaġġ mill-bidu, segwita minn Lara Buttigieg u Fiona Tedesco. Muscat u Buttigieg żammew il-pożizzjonijiet tagħhom sal-aħħar filwaqt li Adele Balansa mil-Latvija temmet fit-tielet post.
Fil-kategorija Sport Martins Mezsargs mil-Latvija rebaħ fuq Josmar Vella u Robert Grech filwaqt li fil-kategorija ‘l fuq minn 40 sena Joaquin Rojas temm qabel Alex Portelli u Robert Zammit.
Fil-kategorija ‘l fuq minn 50 sena suċċess għal Stephen Grima fuq Gaetano Catania u Federico Sermarini filwaqt li Mario Zammit, ikkompeta fil-kategorija ‘l fuq minn 60 sena.
//= $special ?>