Illejla, Natalia Galea se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fost 120 tfajla minn madwar id-dinja fil-71 edizzjoni ta’ Miss World 2024 biċ-ċans li tiġi inkurunata fil-final.
Il-preparazjionijiet tal-festival Miss World beda fit-18 ta’ Frar fejn il-kontestanti kollha, fosthom ir-rappreżentanta Maltija ingħaqdu biex jieħdu sehem f’diversi attivitajiet li jinkludu sfidi sportivi, tat-talent u tas-sbuħija. F’diversi intervisti li saru ma’ għexieren ta’ ġurnalisti, Natalia Galea irnexxiela tikkwalifika mat-23 finalisti.
Hi se tkun qed tipparteċipa fil-festival li qed isir f’JIO World Convention Centre, Mumbai, l-Indja.
It-titlu ta’ Miss World mhux biss għall-isbaħ mara tad-dinja imma it-tfajla rebbieħa jrid ikollha personalità, talent u proġetti li jippreżentaw fil-pajjiż tagħhom iddedikat għal Beauty With A Purpose.
Madwar 2.2 biljun telespetaturi mistennija li jsegwu din is-serata.
Miss World 2021, Karolina Bielawska mill-Polonja se tkun qed tinkuruna ir-rebbieħa il-ġdida ta’ Miss World 2024.
//= $special ?>