Mosti ta’ 49 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta li seħħet bejn tliet karozzi fi Triq Burmarrad.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 pm fejn tliet karozzi li kienu sejrin fl-istess direzzjoni ħabtu f’xulxin.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-karozza li kienet fuq wara nett l-isptar sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Il-Pulizija tad-distrett għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>