Il-Prim Ministru Robert Abela qed jimmanuvra biex itajjar lil Randolph De Battista minn Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Sorsi qrib il-Kwartieri Ġenerali tal-Labour illi tkellmu mal-ġurnal In-Nazzjon, fissru kif il-Prim Ministru diġa’ avviċina numru ta’ persuni għal dan l-irwol, fosthom lil Uffiċjal għoli tal-GWU.
Is-sitwazzjoni eskalat wara d-dikjarazzjoni li għamel il-ġimgħa l-oħra d-Deputat Laburista Radolph de Battista; li hu wkoll is-CEO tal-Partit Laburista.
Fil-fatt….wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar it-traġedja ta’ Jean Paul Sofia, id-Deputat Laburista Randolph de Battista ħareġ jgħid li jħossu jistħi fil-konfront tal-ġenituri ta’ dan iż-żagħżugħ. Dan għaliex, bħal sħabu, kien ivvota kontra l-Mozzjoni li ressaq il-PN għal Inkjesta Pubblika.
De Battista qal li l-politiċi jridu jkunu aktar ġenwini u jaħdmu b’emozzjoni dwar dak li qed iħossu. “Jien ngħid dak li nħoss…..u bħalissa nħossni nistħi” stqarr De Battista,
Jidher li din id-dikajarazzjoni xejn ma niżlet tajjeb la ma’ Kastilja u wisq inqas ma’ Robert Abela li mmedjatament ħaffef il-pass biex iwettaq il-pjan tiegħu biex itajjar lill-istess Randolph de Battista mill-irwol ta’ CEO tal-Labour.
Ir-relazzjoni bejn Robert Abela u Randolph de Battista diġa’ kienet ħadet daqqa ta’ ħarta kbira fl-aħħar ġimgħat ….meta waqt laqgħa interna għolja tal-Partit Laburista d-deputat Laburista kien ilmenta li jinsab imdejjaq u mxebba bil-manuvri li kienu qegħdin isiru fir-rigward tal-kandidati f’isem il-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f’Ġunju li ġej. De Battista kien ukoll urtat bi kbir għall-fatt li l-Labour reġa’ fetaħ idejh għal Joseph Muscat biex jirritorna bħala kandidat għall-MEPs
//= $special ?>