Futbol Sport

UCL: L-ebda sorpriżi b’Manchester City u Real Madrid fil-kwartifinali

Ritratt: EPA

Iċ-champions Manchester City għamluha għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League meta għelbu lil Copenhagen 3-1 f’darhom, bi skor aggregate ta’ 6-2. Man City fetħu l-iskor fil-5 minuta meta Julian Alvarez sab lil Manuel Akanji li xeħet fix-xibka. Julian Alvarez irdoppja fid-9 minuta wara żball tal-goalkeeper ta’ Copenhagen. It-tim Daniż naqqas id-distakk fid-29 minuta permezz ta’ Mohamed Elyounoussi qabel fi tmiem l-ewwel taqsima kien Erling Haaland li sab ix-xibka għal skor finali ta’ 3-1.

Real Madrid ukoll avvanzaw għall-kwarti finali minkejja d-draw f’darhom kontra RB Leipzig. Fil-65 minuta Real Madrid fetħu l-iskor meta minn azzjoni maħduma tajba ta’ Jude Bellingham, kein Vinicius Jr li xeħet fix-xibka għal 1-0. Leipzig kisbu d-draw fit-68 minuta permezz ta’ Willi Orban, liema draw ma kienx biżejjed, b’Real Madrid javvanza bi skor aggregate ta’ 2-1.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: Man City v Copenhagen 3-1, Real Madrid v RB Leipzig 1-1

UEFA EUROPA LEAGUE

Illum: Sporting v Atalanta 1-1
Għada: Qarabag v B.Leverkusen 6.45pm, Roma v Brighton 6.45pm, S.Prague v Liverpool 6.45pm, AC Milan v Slavia P. 9.00pm, Benfica v Rangers 9.00pm, Freiburg v West Ham 9.00pm, Marseille v Villarreal 9.00pm

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Għada: Ajax v Aston Villa 6.45pm, Molde v C.Brugge 6.45pm, Olympiacos v M.Tel Aviv 6.45pm, S.Gruz v Lille 6.45pm, D.Zagreb v PAOK 9.00pm, M.Haifa v Fiorentina 9.00pm, Servette v V.Plzen 9.00pm, U.St Gilloise v Fenerbache 9.00pm