Ammissjoni li l-bini propost kien fil-buffer zone
Fiduċjuż li ma huwa se jinstab ebda impatt fuq it-tempji. Hekk kien qalilna lura f’Diċembru l-Prim Minsitru Robert Abela dwar il-bini ta’ blokka appartamenti biswit it-tempji Megalitiċi tal-Ġgantija –-Awtorità tal-Ippjanar waqqgħatlu kelmtu.
Dan hekk kif wara li b’mod mill-aktar kontroversjali l-istess Awtorità kienet approvat il-bini ta’ dawn il-flats lura f’Novembru…proprju fil-buffer zone tat-tempji….il-Ħamis irrevokat dan il-permess.
Lura f’Diċembru bosta kienu qed jappellaw lill-Gvern biex jieħu azzjoni hekk kif bosta esperti enfasizzaw għall-preservazzjoni ta’ dan il-wirt storiku, inkluż il-Kamra Għawdxija tal-Kummerċ u l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex … filwaqt li l-gazzetti barranin ukoll kienu kkundannaw il-fatt li l-awtoritajiet Maltin taw il-benedizzjoni tagħhom sabiex tinbena din il-blokka flats hdejn it-tempji.
Minkejja dan kollu, u minkejja r-riskju li dawn it-tempji jitilfu l-istatus ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – il-Prim Ministru Robert Abela kien ta x’jifhem li dawn l-appartamenti kienu se jinbnew bil-benedizzjoni tiegħu.
Fil-fatt, meta mistoqsi minn Net News, kien żbilanċja ruħu billi qal li jinsab fiduċjuż li l-Heritage Impact Assessment ma huwa se jsib ebda impatt fuq it-tempji.
Illum huwa ċar li Robert Abela kien żbaljat għal darb’oħra b’mod assolut u issa s-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali se tkun qed titlob lill-iżviluppatur tas-sit għal heritage impact assessment.
Dan filwaqt li ġie kkonfermat li huwa minnu li s-sit propost kien f’buffer zone – ammissjoni li waslet ukoll mill-Perit applikant…l-istess wieħed li f’Novembru qal li ma kienx.
//= $special ?>