Lokali

Arrestat raġel b’rabta ma’ sensiela ta’ serq minn vetturi

Investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ diversi serqiet li seħħew bejn Jannar u Frar minn diversi vetturi wasslu biex fl-aħħar ħinijiet ġie arrestat raġel ta’ 34 sena mill-Ġorġja.

Mill-investigazzjonijiet illi saru l-Pulizija rnexxielha tidentifika l-persuna li allegatament wettqet dawn is-serqiet u ġie arrestat ilbieraħ filgħodu.

Irriżulta li s-suspettat wettaq mill-inqas 8 serqiet, fil-Qawra, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, il-Gżira u San Ġiljan.

Ir-raġel kien mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-10:30am quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello.