Lokali

Ebda garanzija li se nieħdu pensjoni; il-Ministru Falzon ma jiċħadx

Kollox beda l-Erbgħa, meta l-Ministru Micheal Falzon stqarr li ma jistax jagħti garanzija li fi żmien 20 sena il-pensjoni se tkun garantita.

Issa l-Ministru Falzon qal li kien ċar fuq dak li stqarr f’nofs din il-ġimgħa, biex b’hekk ikkonferma mill-ġdid li ma hemmx garanzija li l-bolla li l-ħaddiema qed iħalsu se tmur għall-pensjoni fi żmien l-irtirar.

Minkejja li l-pensjoni hija xi ħaġa li kull persuna li taħdem tikkontribwixxi għaliha bil-bolla, il-Gvern qed jgħid lin-nies biex jinvestu fi private pension plan.

Xi ħaġa pożittiva – iżda li bla dubju ma twarrabx il-kontribuzzjonijiet kbar li jsiru mill-ħaddiema għall-pensjoni tal-Gvern.

U meta pressat minn Net News biex iwieġeb kif jista jserraħ moħħ in-nies dwar il-pensjoni, il-Ministru Falzon għażel li  jitlaq minn quddiem il-cameras tagħna.

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-pensjonijiet ħolqot tħassib kbir. L-aktar fost il-ħaddiema li ma jafux fejn se jmorru l-kontribuzzjonijiet li qed jagħmlu.

Dan minkejja li l-Labour kien wiegħed li din tal-pensjonijiet, hija raġuni oħra wara l-pjan li jinġiebu ħafna barranin f’pajiżna.