Il-Malta Public Transport ħarġet stqarrija bi tweġiba għal artiklu riċenti ppubblikat minn website satirika, bit-titlu “Malta Public Transport launches ‘Take foreigners’ seats’ ad campaign to encourage locals to use the bus”.
Filwaqt li sostnew li huma jirrikonoxxu u jappoġġjaw id-dritt fundamentali għal-libertà tal-kelma u tal-espressjoni, kif ukoll ir-rwol importanti li s-satira għandha f’soċjetajiet demokratiċi, il-Malta Public Transport qed tikkundanna kull forma ta’ razziżmu, ksenofobija jew diskriminazzjoni.
Barra minn hekk, huma sostnew li fuq din il-website satirika, m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-kontenut huwa maħsub bħala satira…. u li jista’ jikkontribwixxi għal nuqqas ta’ ftehim u interpretazzjoni ħażina tal-messaġġ.
//= $special ?>