Jekk mhux se tintrefa responsabbiltà politika se jibqa’ kollox kif inhu.
Hekk sahaq ix-Shadow Minister Jerome Caruana Cillia waqt programm fuq TVM fejn flimkien mal-Ministru Silvio Schembri ġiet diskussa l-Inkjeta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Bid-deputat tal-Partit Nazzjonalista jispjega kif fil-passat Minisitri tal-Labour refgħu responsabbiltà għal affarijiet inqas gravi minn dawn – bħal ma kienu ir-riżenji ta’ Godfrey Farrugia, Manuel Mallia u anke Anglu Farrugia.
Intant, minn naħa tiegħu il-Ministru Schembri fl-eda ħin ma qal minn se jerfa’ responsabiltà politika; anzi qal li fejn l-Inkjesta Pubblika immarkat in-nuqasijiet dawn it-tibdilit diġa’ saru. Pero, ammeta wkoll li hemm nuqqasijiet kbar.
Apparti minn hekk, il-Ministru stess stqarr illi kien hemm rakkomndazzjonijiet li wħud minnhom kienu ilhom jafuhom għax kienu issemmew qabel.
Rakkomandazzjonijiet li kieku ġew implmentati qabel setgħu ġew evitati ħafna traġedji.
//= $special ?>