Ekonomija Lokali Saħħa

Malta bl-inqas rata ta’ fertilità fl-Unjoni Ewropea

Ir-rata ta’ fertilità f’pajjiżna hija ta’ 1.3%  –  l-inqas rata fost l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, il-medja tan-nisa f’Malta xorta għadhom jgħidu li jixtiequ żewġ ulied; għalkemm madwar 34% jiddiskrivu il-qagħda finazjarja tagħhom bħala waħda li biha qed jgħixu ġurnata b’ġurnata, u għalhekk ma jistgħux jippjanaw għal futur.

Dan kollu ħareġ f’konferenza bit-tema “Work-Life Measures in Malta” fejn minn studju li sar fost nisa u rġiel bejn l-eta ta’ 18 u 39 sena irriżulta wkoll li 67.6% tan-nisa jsibuha diffiċli biex ilaħqu mar-responsabitajiet bejn ix-xogħol u dmirijiet ta’ familja. Hemm ukoll żbilanċ fil-ġeneru hekk kif 1% biss tal–irġiel jieħdu l-maġoranza tal-piż biex tieħu ħsieb l-ulied waqt li madwar 46% tan-nisa jaqblu li hemm żbilanċ fil-ġeneru f’dak li għandu x’jaqsam mat-trobbija tat-tfal li b’xi mod jew ieħor jaffetwa kemm ikollhom trabi.

Preżenti għal din il-konferenza kien hemm x-Shadow Minister Graziella Attard Previ…..u l-istudju li kien ikkummisjonat mill-NCPE  jagħti woll numru ta’ miżuri li għandhom jittieħdu min-naħa tal-Gvern sabiex koppji jagħżlu li jkollhom iżjed ulied.

Fost l-oħrajn, l-istudju wera nuqas ta’ sodisfazzjoni kemm fil-perjodu kif ukoll fil-kumpens tal-leave, waqt li wera wkoll talba b’saħħitha għal maternity leave itwal, żieda fil-paternal leave u estenzjoni fil-parental leave – kif ukoll leave għal ġenituri meta tfal ikunu ma jifilħux.

Dawn il-proposti kollha li ħarġu minn dan l-istudju li sar bejn Novembru 2023 u Jannar li għadda, ikkonfermaw dak li kien propona l-PN meta kien qal li l-Paternal leave irid jiżdied minn 10 ijiem għal 15-il jum  u li r-rata tal-Parental leave kif proposta mill-Gvern fuq rata ta’ sick leave ma kienitx biżejjed u għalhekk għandha tingħata fuq rata ta’ paga medja.

Il-Partit Nazzjonalista kien ressaq mozzjoni b’diversi proposti biex tiġi emendata l-Legal Notice 201 tal-2022 – pero meta ressaq din il-mozzjoni il-Partit Nazzjonalista, il-Gvern kien ivvota kontra.

Il-Partit Nazzjonalista dejjem sostna li dawn il-miżuri huma investiment fil-familja moderna, u  neċċessarji bħala parti mill-miżuri li hemm bżonn biex tiġi indirizzatta l-problema tar-rata baxxa ta’ fertilità.