Futbol Sport

UEL: Rebħiet għal Liverpool u Milan… Bayer Leverkusen jibqgħu mhux megħluba

Ritratt: EPA

Liverpool b’sieq waħda fil-kwartifinali tal-UEFA Europa League meta barra minn darhom għelbu lil Sparta Prague bl-iskor ta’ 5-1. Alexis Mac Allister fetaħ l-iskor mill-ħdax-il metru qabel doppjetta ta’ Darwin Nunez, għamluhom 3-0 qabel tmiem l-ewwel taqsima. Sparta Prague naqqsu d-distakk minn awto-gowl ta’ Conor Bradley, qabel gowls minn Luis Diaz u Dominik Szoboszlai assiguraw minn rebħa kbira għal Liverpool.

Rebħa ta’ 4-2 għal Milan fuq Slavia Prague. Olivier Giroud tefa’ lil Milan fil-vantaġġ qabel David Doudera kiseb d-draw għal Slavia Prague. Tijani Reijnders u Ruben Loftus Cheek tefgħu lil Milan b’vantaġġ ta’ 3-1 qabel tmiem l-ewwel taqsima. Iva Schranz reġa’ naqqas id-distakk għal Prague qabel kien Christian Pulisic li ssiġilla r-rebħa fil-85 minuta.

Rebħa kbira għal Roma fi Stadio Olimpico bl-iskor ta’ 4-0 fuq Brighton. Paolo Dybala u Romelu Lukaku poġġewhom 2-0 vantaġġ fl-ewwel taqsima. Il-gowl fit-tieni taqsima waslu minn Gianluca Mancini fl-64 minuta u Bryan Cristante erba’ minuti wara.

Bayer Leverkusen baqgħu bil-mixja impressjonanti tagħhom dan l-istaġun fid-draw ta’ 2-2 kontra Qarabag, hekk kif baqgħu mhux megħluba kemm fil-Kampjonat domestiku kif ukoll fl-Europa League. Qarabag fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls fl-ewwel taqsima permezz ta’ Yassine Benzia u Juninho. Bayer Leverkusen naqqsu d-distakk fis-70 minuta minn Florian Wirtz, b’Patrik Schick jikseb draw drammatiku fit-92 minuta.

UEFA EUROPA LEAGUE

Illum: Qarabag v B.Leverkusen 2-2, Roma v Brighton 4-0, S.Prague v Liverpool 1-5, AC Milan v Slavia P. 4-2
Benfica v Rangers 2-2, Freiburg v West Ham 1-0, Marseille v Villarreal 4-0

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Illum: Ajax v Aston Villa 0-0, Molde v C.Brugge 2-1, Olympiacos v M.Tel Aviv 1-4, S.Gruz v Lille 0-3, D.Zagreb v PAOK 2-0, M.Haifa v Fiorentina 3-3, Servette v V.Plzen 0-0, U.St Gilloise v Fenerbache 0-3