Ewropa Internazzjonali

Ursula Von Der Leyen ikkonfermata bħala l-kandidata ewlenija f’isem il-PPE għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea

Hekk kif il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew fir-Rumanija daħal fit-tieni u l-aħħar jum tiegħu l-President tal-Kummissjoni Ewropa Ursula Von Der Leyen ġiet ikkonfermata bħala l-kandidata ewlenija għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.

Waqt il-Kungress intqal li Von Der Leyen kisbet 489 vot li jfisser il-voti kollha validi minn dawk preżenti u għalhekk ġiet ikkonfermata bħala l-kandidata ewlenija f’isem il-Partit Popolari Ewropew għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.