Internazzjonali

Ajruplan Boeing jitlef rota waqt it-tluq

Boeing 777 tal-United Airlines li kien sejjer il-Ġappun esperjenza inċident ikrah hekk kif rota inqalgħet ftit wara t-tluq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ San Francisco.

L-inċident inqabad minn video, illi wera r-rota taqa’ f’parkeġġ, b’riżultat li kkawżaw ħsarat fuq diversi karozzi tal-impjegati tal-istess ajruport.

B’249 passiġġier abbord, l-ajruplan għamel inżul ta’ emerġenza f’Los Angeles, fejn kulħadd irnexxielu jinżel mingħajr periklu.

Il-United Airlines assigurat li l-passiġġieri komplew bil-vjaġġ tagħhom immedjatament.

L-inċident qajjem tħassib dwar il-problemi kontinwi għall-ajruplani tat-tip Boeing, u r-regolaturi tal-Istati Uniti taw lil Boeing 90 jum biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ kontroll tal-kwalità, filwaqt li enfasizzaw il-ħtieġa għal titjib sostanzjali.