Sport Waterpolo

Marsaskala jaċċertaw minn post fil-Kampjonat Premier fi tmiem drammatiku … rebħiet għal San Ġiljan u Marsaxlokk

Stewart Said

Marsaskala ESC se jilagħbu t-tieni fażi fil-Kampjonat Premier. Huma aċċertaw posthom fil-konfront dirett kontra Exiles Welbee’s, dwell li kellu tmiem drammatiku. B’hekk huma kisbu l-punt li kellhom bżonn u kisbu t-tielet u l-aħħar post minn Grupp B.

Tripletta ta’ Gerald Sammut tat vantaġġ meritat ta’ 3-1 lil Marsaskala fl-ewwel sessjoni. Exiles wettqu reazzjoni, daħlu fil-logħba u saħansitra marru 5-4 fil-vantaġġ wara tripletta ta’ Kurt Griscti. Marsaskala ġabu d-draw b’gowl ta’ Jamie Pace Mizzi.

Kollox kellu jkun deċiż fl-aħħar sessjoni. Exiles dehru li setgħu jirbħu l-logħba b’gowls ta’ Max Aquilina u Matteo Martellacci iżda Marsaskala kellhom ħsibijiet oħra. Mark Carani naqqas id-distakk minuta mit-tmiem u fl-aħħar attakk tagħhom, Marsaskala serqu l-ballun u minn kontrattakk kien Jake Ciantar li ġab id-draw bi tmien sekondi għat-tmiem.

San Ġiljan JP Projects kif mistenni temmew Grupp B b’punti massimi f’konfront kontra Sirens li qabel din il-logħba wkoll kienu rebħu l-logħbiet kollha. Il-Ġiljaniżi għamluha faċli għalihom infushom b’wirja dominanti mill-bidu, sitwazzjoni li ħalliet lil Sirens mingħajr risposta denja.

Sa nofs l-ewwel sessjoni San Ġiljan kellhom diġà vantaġġ ta’ 5-1 b’gowls li waslu minn ħames plejers differenti. Doppjetti minn Nico Schiavone u Jeremy Abela wittew it-triq biex San Ġiljan temmew it-tieni sessjoni 14-4.

It-tieni parti tal-logħba naqqset mir-ritmu tagħha bil-kowċ ta’ San Ġiljan Zeljko Kovacic jagħmel iktar rotazzjoni fit-tim filwaqt li Sirens irnexxielhom tal-anqas jillimitaw id-danni.

F’konfront ieħor, Marsaxlokk MFF kisbu l-ewwel rebħa minn Grupp A kontra Otters Nivea 10-5. Is-sessjoni importanti għalihom kienet it-tieni sessjoni hekk kif fetħu vantaġġ ta’ 5-2 bi tliet gowls li waslu minn Max Lanzon, Sean Mifsud u Timmy Agius. Otters ittantaw forma ta’ rimonta fit-tielet sessjoni iżda resqu biss 6-4, bil-gowl ta’ Jamie Borg Tabone ftit wara u tliet gowls fl-aħħar sessjoni ssiġillaw ir-rebħa.

OTTERS NIVEA………………… 5

MARSAXLOKK MFF………….. 10

(2-2), (0-3), (2-2), (1-3)

Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, K. Calleja, M. Meli (1), D. Dimech, I. Azzopardi (2), S. Dimech, T.J. Mifsud, T. Milne, M. Farrugia, A. Dimech (1), G. Gatt Ellis, K. Micallef

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (1), A. Aquilina, B. Zammit (1), T. Agius (1), B. Lewis, R. Spiteri (1), J. Pawley, S. Mifsud (2), J. Borg Tabone (1), A. Fava (2), R. Attard (1)

Referees: Stefan Licari, Massimo Angileri

EXILES WELBEE’S…………… 7

MARSASKALA ESC………….. 7

(1-3), (2-1), (2-1), (2-2)

Exiles: F. Buhagiar, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci (1), M. Paris Roding, M. Fenech, K. Griscti (4), K. Tanti (1), M. Aquilina (1), N. Saliba, Z. Dzanovic

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, J. Colombo, J. Pace Mizzi (2), M. Agius, E. Bilgrin, K. Navarro, M. Farrugia, K. Grech, G. Sammut (3), J. Ciantar (1), M. Carani (1), M. Borg, L. Montebello Brownrigg

Referees: Richard Magri, Neville Mercieca

SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 19

SIRENS…………………………… 9

(7-2), (7-2), (3-2), (2-3)

San Ġiljan: G. Borg, N. Bugelli (2), A. Galea (4), G. Bonavia (1), R. Caruana, M. Zammit (1), J. Bonavia (2), D. Tully (1), J. Abela (4), N. Bonavia, D. Zammit, N. Schiavone (4), M. Grech, S. Cutajar

Sirens: M. Bonello Dupuis, P. Serracino, K. Erdogan (1), P. Borg, J. Cachia (1), K. Agius, M. Chircop, I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (1), M. Sciberras (1), M. Azzopardi (1), I. Schembri, M. Ortoleva (2)

Referees: Alex De Raffaele, Ronnie Spiteri