Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati tal-pestiċida Fipronil.
- Deskrizzjoni tal-prodott: Taħlita ta’ ħxejjex aromatiċi għat-te`
- Isem tal-prodott fuq it-tikketta: Instanthee Tisane
- Ditta: Abido Spices
- Użin: 100g
- Lott involut: 6-4-23/6848
- Data tad-durabbiltà: Best Before 06-04-2026
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 21337333 mit-8:00am sas-2:30pm, jew jintbagħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
//= $special ?>