Il-President Amerikan Joe Biden ħabbar it-twaqqif ta’ port temporanju għall-għajnuna fuq il-kosta tar-reġjun ta’ Gaza, biex jindirizza l-kriżi umanitarja.
Uffiċjali tal-amministrazzjoni żvelaw li l-militar tal-Istati Uniti se jkollu rwol ċentrali fil-kostruzzjoni ta’ moll biex jiffaċilita l-kunsinna ta’ provvisti essenzjali, inkluż ikel u mediċina.
Filwaqt li qalu li l-operazzjoni mhux se tinvolvi truppi ta’ suldati Amerikani fuq l-art, għaliex se jkollhom l-abbiltà li jesegwixxu kollox barra mix-xtut.
Id-dettalji dwar il-proċess tal-kostruzzjoni għadhom mhux żvelati, u l-inizjattiva hija mistennija li tieħu ġimgħat biex titlesta.
Din l-aħbar waslet proprju qabel id-diskors tal-President Biden dwar l-Istat tal-Unjoni, li jindika impenn biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet umanitarji urġenti f’Gaza mingħajr ma tkun meħtieġa preżenza sinifikanti ta’ militar fuq l-art.
Il-port temporanju għandu l-għan li jsaħħaħ il-fluss tar-riżorsi vitali lejn ir-reġjun, fejn l-aċċess għall-għajnuna umanitarja ilu ta’ tħassib.
//= $special ?>