Lokali

In-nuqqas ta’ infurzar hi biss “perċezzjoni”

Ħafna jinsabu inkwetati minħabba n-nuqqas ta’ infurzar fil-kapitali. Negozji stess qed jgħidu li l-Belt tħalliet f’telqa. L-Ombudsman qed jgħid li ċertu toroq spiċċaw qishom “caravan site”. Iżda għall-MTA, din hija biss percezzjoni.

Din l-istqarrija mic-chairperson tal-Awtorita tat-Turiżmu saret fuq ix-Xandir Nazzjonali. Bl-Ombudsman, ftit tal-jiem wara, iwaqqa’ b’mod dirett dak l-intqal. Dan meta iddikjara li fi Triq il-Merkanti tant hemm tined u strutturi goffi li saret qisha “caravan site”.

Id-dikjarazzjoni tal-Ombudsman saret il-Ħamis wara li ħareġ ritratt ta’ ambulanza imwaħħla f’nofs Strada Merkanti.

L-Ombudsman qal ukoll li din is-sitwazzjoni esponiet biss farka tal-problema, li l-Ufficcju tieghu ilu snin jitkellem dwarha. Bir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman jibqgħu fuq l-ixkaffa.

Din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir; iżda fi kliem ic-chairperson tal-MTA, mhux veru li qed ikun hemm nuqqas ta’ infurzar.

Din tal-percezzjoni hija l-aħħar minn sensiela ta’ stqarrijiet minn esponenti tal-Gvern…wara l-appelli biex inpoġġu l-iskart fil-friża, il-parir ta’ Transport Malta biex noħorġu tard mid-dar ħalli nevitaw it-traffiku, u l-appell biex nevitaw li naqsmu l-fliegu bejn Għawdex u Malta fil-jum tal-Ħadd bejn il-5pm u t-8pm.