Il-gurnata tal-Ġimgha bdiet b’attakk mill-media tal-Partit Laburista fuq l-Universita’ ta’ Malta. Dan wara li l-Fakulta’ tal-Liġi orgranizzat taħdita għall-istudenti mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.
Madanakollu, l-istudenti ftit li xejn taw każ it-theddid tal-Partit Laburista, għaliex attendew bi ħġarhom għal diskussjoni interessanti ferm ma’ Roberta Metsola.
Bħala President tal-Parlament Ewropew, bħalissa Roberta Metsola qed iżżur diversi pajjiżi u tattendi Universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi oħra tiddiskuti mal-istudenti u ż-żgħażagħ, twieġeb il-mistoqsijiet tagħhom u tħeġġiġhom jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Iżda, għall-Partit Laburista, l-President tal-Parlament Ewropew ma tistax tagħmel hekk f’pajjiżha, f’Malta.
F’sala ppakjata, l-istudenti taw merħba lil Roberta Metsola, bħala President kif ukoll bħala alumna tal-istess Universita’ u kors tal-liġi. Waqt id-diskussjoni, l-istudenti għamlu diversi mistoqsijiet dwar l-Unjoni Ewropea, dwar ir-rwol ta’ Malta, kif ukoll dwar il-ħidma tagħha bħala President.
Roberta Metsola ħeġġithom biex ikomplu jistudjaw u jispeċjalizzaw, biex jagħmlu l-aqwa użu mill-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea u biex jibqgħu jistinkaw ħalli jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom.
Għal din it-taħdita attendiet ukoll il-media tal-Partit Laburista, li iżda, jidher li ma tantx ħadet gost tara l-entużjażmu tal-istudenti għal Roberta Metsola.
//= $special ?>