Fi stqarrija li ħarġet l-għaqda Repubblika saħqet li tinsab ixxukjata dwar l-għejbien ta’ evidenza mill-Qrati Maltin meta dan huwa mezz kif tista’ sseħħ ġustizzja. U jekk dan ma jseħħx, il-kriminal ikun qed jirbaħ lis-soċjetà.
Repubblika tqis li l-għibien ta’ evidenza fil-Qrati huwa inaċċettabli u min hu resposabbli għandu jġorr ir-responsabbiltà għal dan in-nuqqas gravi. L-istqarrija qieset dan il-mument bħala wieħed fejn l-Istat qed ifalli.
Kien għalhekk li saħqu li l-Ministru tal-Ġustizzja, Jonathan Attard għandu responsabbiltà ċentrali li ssir ġustizzja. U quddiem dan, Repubblika tistenna li l-Ministru Jonathan Attard jispjega x’ġara, jara li min hu resposabbli jġorr ir-responsabbiltà ta’ għemilu, jgħid il-passi li qed jieħu biex dan ma jerġax jiġri, u jaħdem biex l-evidenza terġa’ tinġabar.
Repubblika qalet li jekk il-Ministru Jonathan Attard ma jridx jagħmel dmiru, il-Prim Ministru Robert Abela huwa responsabbli li jneħħih. Inkella il-Prim Ministru jkun qed jassumi r-responsabbiltà ta’ dan in-nuqqas gravi.
//= $special ?>