Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal Sirjan li nqabad fl-ajruport b’ID Card falza

Sirjan ta’ 23 sena, residenti l-Ħamrun ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li kien se jħalli Malta għal Greċja b’karta tal-identità falza lejn l-Awstrija. Mohammed Fahed, li għandu permess ta’ residenza Griega u nqabad iwettaq dan ir-reat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – ammetta li nhar il-Ħamis li għadda ffalsifika dokument.

Fil-Qorti ħareġ li Fahed għandu status ta’ refuġjat fil-Greċja. Id-difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit qalet li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija u ammetta fl-iktar stadju bikri fil-proċeduri. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Hubert Gerada iddikjarat li ma kienitx qed tinsisti għall-piena karċerarja.