Is-sid numru tliet fid-dinja fil-klassifika FISTF ranking tat-timijiet, Bormla Subbuteo Club waslu sas-semi finali tal-Major prestiġjuż ta’ Frameries fil-Belġju, meqjus bħala l-akbar tournament maġġuri u mistenni fejn saħansitra huwa msejjaħ il-‘Wimbledon” tat-table football u li fih ħadu sehem 42 tim.
It-tim Bormliż issa forza fid-dinja ma naqasx mill-aspettativi hekk fi Grupp 3 rebaħ il-logħob kollu fejn b’rebħiet identiċi ta 3-0 rebaħ lil JSC Rochefort tal-Belġju u lil Tiburones B ta’ Spanja kif ukoll rebħa ta 2-1 kontra Issy les Moulineaux ta Franza.
Fl-aħħar 16 Bormla SC rebħu lil Asd SC Salernitana tal-Italja 2-1 b’gowl ta’ Pisani fis-sekondi finali fost il-ferħ tal-Bormliżi li baqgħu jemmnu sal-aħħar. Fil kwarti finali Bormla rebħu lil Bologna Tigers tal-Italja 2-1. F’din il-partita Bormla ddominaw mill-bidu sat-tmiem u rebħa ta’ 3-0 tal-captain tat-tim Aquilina kontra Mattiangeli u rebħa ta’ 2-1 ta’ Busch, il-plejer Awstrijak ta’ Bormla fuq Patruno kienu essenzjali biex Bormla għamluha għas-semi finali u podium ieħor, it-tieni wieħed konsekuttiv f’dan il-Major u t-tielet wieħed għal din is-sena internazzjonali, hekk kif qed jiċċelebraw il-15-il sena mit-twaqqif tal-klabb.
Fis-semi finali Bormla lagħbu logħba tattika ħafna fejn marru 1-0 minn fuq u wara li Reggio Emilia Frat Bari tal-Italja dawruwha 1-2 sal-aħħar sekondi Bormla setgħu jdawru din il logħba iżda dan baqa’ r-riżultat finali fejn għal Bormliżi rebaħ Busch 2-1 kontra Lichieri u draw meqjus tajjeb ħafna ta’ 4-4 għall-plejer Belġjan Golger kontra Zambello.
It-tim kien kompost mill-captain Charles Aquilina, John Zammit, George Ebejer, Jason Pisani, Bessim Golger, David Busch u Katerina W. Busch, b’Josef Camilleri jkun it-Team Manager.
Is-Sibt fl-individwali Charles Aquilina wasal sal-kwarti tal-finali fil-kategorija Veterani filwaqt li Josef Camilleri wasal sas-semi finali konsolazzjoni.
Bormla Subbuteo Club issa jmisshom jieħdu sehem fil-Grand Prix ta’ Vienna l-Awstrija kif ukoll f’Mallorca fi Spanja. F’April imbagħad ikun hemm l MTFSA Malta Grand Prix.
//= $special ?>