Id-distrett popolari ta’ Gion, fi Kyoto, l-Ġappun, magħruf għall-geishas, se jipprojbixxi t-turisti minn ċerti toroq privati minħabba tħassib dwar “turiżmu żejjed.”
L-awtoritajiet lokali saħqu li Kyoto mhix xi “theme park” u esprimew skuntentizza dwar viżitaturi intrużivi, partikolarment dawk b’kameras, u ħafna iffullar fil-famużi toroq dojoq.
Fi sforz biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, f’April se jittellgħu sinjali bil-Ġappuniż u bl-Ingliż, li jwissu lill-persuni mexjin biex ma jidħlux fit-toroq privati – b’multa ta’ madwar €62 għal kull min jikser din ir-restirzzjoni. Dan qed isir bil-għan li tiġi preservata l-integrità kulturali tad-distrett filwaqt li tirrikonoxxi l-isfidi kontinwi tat-turiżmu, li naqas għal żmien qasir matul il-pandemija tal-COVID-19.
Minkejja dawn ir-restrizzjonijiet, it-toroq pubbliċi f’Gion u l-bqija ta’ Kyoto se jibqgħu aċċessibbli għat-turisti, hekk kif il-belt qed terġa tesperjenza mill-ġdid għadd kbir ta’ viżitaturi wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija.
//= $special ?>