Stewart Said
Id-dwell bejn ir-rivali spiċċa b’Neptunes Videoslots rebbieħa u b’hekk għalqu l-ewwel fażi bħala rebbieħa ta’ Grupp A. Konfront li għalkemm ma kienx milgħub quddiem il-folla numeruża tipika għal din il-logħba, kien missielet fil-pixxina.
Dino Zammit wieġeb darbtejn fl-ewwel sessjoni wara gowls ta’ Neptunes u wara li John Brownrigg poġġa lil Sliema fil-vantaġġ, Sam Gialanze ġab id-draw minn man-up. L-istess plejer u Mark Castillo taw lil Neptunes vantaġġ doppju fit-tieni sessjoni iżda dan id-distakk ġie kkanċellat minn Sliema fis-sessjoni sussegwenti b’gowls minn Elijah Schembri u Benji Cachia.
Neptunes reġgħu marru minn fuq fl-aħħar sessjoni permezz ta’ Luigi Mallia. Kellhom ikunu żewġ gowls ta’ Mark Castillo li xeqilbu l-miżien lejn Neptunes. Hu għeleb lil ħuh u gowlkiper avversarju Matthew Castillo l-ewwel b’opportuniżmu imbagħad b’konklużjoni effiċjenti. B’żewġ minuti għat-tmiem, Sliema setgħu biss inaqqsu d-distakk finali.
Valletta Izibet ikkonfermaw posthom fil-Kampjonat Premier. Fil-konfront deċiżiv għelbu lil Birżebbuġa Freeport u b’hekk temmew Grupp A fit-tielet post. Komplessivament kienet rebħa meritata għall-Beltin li tul il-logħba urew li kienu superjuri tant li qatt ma kienu fi żvantaġġ.
It-tim ta’ Joe Cremona kellu vantaġġ ta’ 4-1 fit-tieni sessjoni għalkemm Malcolm Manara u Mikhael Cutajar naqqsu d-distakk għal gowl. Madankollu Valletta reġgħu bnew il-vantaġġ li kellhom fit-tielet sessjoni b’Sebastian Busuttil spikka b’doppjetta.
Fl-aħħar sessjoni, Valletta ħadu l-opportunità biex għalqu l-logħba u saħansitra kabbru d-distakk għal 12-4 qabel Daniel Incorvaja skorja gowl ta’ konsolazzjoni lejn it-tmiem.
Fl-ewwel logħba tal-ġurnata, Ta’ Xbiex Amigos għalqu Grupp B fir-raba’ post. Huma ħadu l-kontroll tal-logħba mill-ewwel b’erba’ gowls fl-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni. It-tim ta’ Dale Dowling baqa’ fil-kontroll, bl-avversarji jnaqqsu d-distakk perjodikament. Ta’ Xbiex neħħew kull dubju fejn sejrin il-punti fit-tieni parti tat-tielet sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi li kabbru d-distakk għal 14-6 biex ikkontrollaw l-aħħar sessjoni mingħajr diffikultà.
SLIEMA FRANK SALT………. 7
NEPTUNES VIDEOSLOTS… 9
(3-3), (0-2), (2-0), (2-4)
Sliema: N. Grixti, G. Gatt, T. Camilleri, D. Rizzo, J. Cassar, B. Cachia (1), T. Fenech, S. Engerer (1), J. Brownrigg (1), J. Chircop, E. Schembri (2), D. Zammit (2), M. Castillo, J. Sciberras
Neptunes: A. Borg Cole, R. Galea (1), S. Gialanze (3), G. Pace, L. Mallia (1), D. Bugeja, M. Castillo (3), J. Camilleri, J. Valletta, J. Bajada (1), E. Mallia, M. Brimmer
Referees: Ronnie Spiteri, Federico Braghini
VALLETTA IZIBET………….. 12
BIRŻEBBUĠA FREEPORT… 5
(1-1), (3-2), (3-1), (5-1)
Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (1), M. Demarco, S. Busuttil (3), K. Borg (3), M. Zammit (3), O. Zammit, S. Micallef (1), A. Agius, K. Cremona (1), A. Bugeja, C. Mercieca
Birżebbuġa: M. Sladden, S. Bezzina, N. Cassar, J. Cauchi, I. Galea, M. Manara (1), D. Incorvaja (1), J. Abdilla, D. Farrugia, M. Cutajar (2), G. Mannino (1), M. Curmi, S. Livori, M. Cassar
Referees: Stefan Licari, Alex De Raffaele
TA’ XBIEX AMIGOS………. 18
BARRACUDAS…………….. 8
(6-1), (3-3), (5-2), (4-2)
Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia (2), V. Figliomeni (3), L. Grech Carr (4), M. Soler, J. Saliba (4), M. Naudi, J. Schembri Young (1), Z. Bartolo (1), P. Tabone (3), A. Theuma
Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja (1), A. Falzon, P. Micallef, W. Ruggier, K. Mock (1), T. Perici Ferrante (1), L. Pursehouse, A. Mifsud (1), C.J. Saliba (4), L. Abela, J. Erdogan
Referees: Massimo Angileri, Juan Cauchi
Kif Spiċċaw l-Ewwel Fażi
Grupp A
L R D T F K Pti
Neptunes 5 5 0 0 78 31 15
Sliema 5 4 0 1 67 30 12
Valletta 5 3 0 2 62 41 9
Marsaxlokk 5 1 1 3 36 63 4
Birżebbuġa 5 1 1 3 26 55 4
Otters 5 0 0 5 24 73 0
Grupp B
L R D T F K Pti
San Ġiljan 5 5 0 0 126 34 15
Sirens 5 4 0 1 81 56 12
Marsaskala 5 2 1 2 63 65 7
Ta’ Xbiex 5 2 0 3 45 70 6
Exiles 5 1 1 3 55 58 4
Barracudas 5 0 0 5 34 121 0
*L-ewwel tliet timijiet minn kull grupp jiffurmaw il-Kampjonat Premier
//= $special ?>