Futbol Sport

Ikompli d-dominju ta’ Inter

(Ritratt: EPA)

Inter komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa minima ta’ 1-0 fuq Bologna. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fis-37 minuta permezz ta’ Yann Bisseck.

Cagliari għelbu f’darhom lil Salernitana 4-2. Gianluca Lapadula u Gianluca Geatano fetħu vantaġġ doppju għat-tim minn Sardenja sa tmiem l-ewwel taqsima. Eldor Shomurodov għamilhom 3-0 fil-bidu tat-tieni taqsima. Salernitana daħlu fil-partitam meta skorjaw darbtejn fis-56 minuta permezz ta’ Grigoris Kastanos u fit-58 minuta permezz ta’ Giulio Maggiore. Cagliari għalqu l-partita fis-76 minuta permezz ta’ gowl ieħor ta’ Shomurodov.

Sassuolo kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Frosinone. Il-gowl deċiżiv kien skorjat minn Kristian Throstvedt fit-58 minuta, bi Frosinone lejn it-tmiem ikollhom ċans iġibu l-iskor indaqs permezz ta’ penalty ta’ Kaio Jorge iżda li naqas milli jiskorja.

Monza kisbu rebħa diffiċli ta’ 3-2 barra minn darhom kontra Genoa. Matteo Pessina poġġa lil Monza fil-vantaġġ b’Dany Mota jagħmilhom 2-0 fit-18-il minuta. Albert Gudmundsson għamel l-iskor 2-1 qabel ma’ Vitor Carvalho għamilhom 2-2. Monza skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-80 minuta permezz ta’ Daniel Maldini.