Sport

Inter kotnra Bologna u Juventus kontra Atalanta fost il-partiti mit-28 ġurnata tas-Serie A

(Ritratt: EPA)

Fit-28 ġurnata tas-Serie A, iż-żewġ partiti li jispikkaw minn skeda eċitanti jkunu l-konfront bejn Inter u Bologna llum fis-6:00pm, kif ukoll il-partita bejn Juventus u Atalanta fl-Allianz Stadium il-Ħadd fl-istess ħin.

Inter jinsabu f’pożizzjoni komda fl-ewwel post b’total ta’ 72 punt wara 27 logħba, u ser jaffrontaw lil Bologna li din is-sena qed jikkompetu għal post mal-ewwel erbgħa fil-klassifika. Staġun sorprendenti għar-Rossoblu li ħafna mis-suċċess ikun mertu tal-kowċ Thiago Motta.

Minn naħa l-oħra, Juventus jinsabu fit-tieni post b’57 punt, wara numru ta’ riżultat diżappuntanti fl-aħħar ġimgħat it-tim immexxi minn Massimiliano Allegri jittama li jirritorna għar-rebħ kontra Atalanta.

Ilum numru ta’ partiti mit-28 ġurnata, b’żewġ logħbiet jintlagħbu fit-3:00pm. Cagliari ser jospitaw lil Salernitana, konfront fil-parti t’isfel tal-klassifika, b’rebħa għal Cagliari taf tfisser li jinqalgħu miż-żona il-ħamra, b’ Salernitana diġa jinsabu sieq ġewwa għar-relegazzjoni. Il-partita l-oħra hija bejn Sassuolo u Frosinone, b’dawn tal-aħħar ifittxu li jitbiegħdu iktar miż-żona tar-relegazzjoni fl-ewwel staġun tagħhom lura fis-Serie A.

L-aħħar parita tal-lum tkun bejn Genoa u Monza fid-8:45pm.

Il-Ħadd numru ta’ partiti oħra, bl-ewwel parita tintlagħab fin-12:30, fejn Lecce se jkunu qed jospitaw lil Hellas Verona.

Milan b’ċans li jitilgħu fit-tieni post jekk jegħlbu lil Empoli għada fit-3:00pm, jekk Juventus ma jirnexxielhom jegħlbu lil Atalanta fil-konfront tagħhom.

Fl-aħħar partita t’għada, Roma jittamaw li jkomplu l-forma impekkabli tagħhom taħt it-tmexxija tal-kowċ Daniele De Rossi, hekk kif se jaffrontaw lil Fiorentina fid-8:45pm. Il-Giallorossi jinsabu bla telfa fl-aħħar 6 partiti fil-kompetizzjonijiet kollha.

Intant, l-aħħar partita skedata mit-28 ġurnata tal-kampjonat Serie A tintlagħab it-Tnejn, fejn Lazio se jospitaw lil Udinese fi Stadio Olimpico fid-8:45pm.

Ilbieraħ

Napoli v Torino 1-1

Illum

Cagliari v Salernitana 3:00pm

Sassuolo v Frosinone 3:00pm

Bologna v Inter 6:00pm

Genoa v Monza 8:45pm

Għada

Lecce v Verona 12:30

Milan v Empoli 3:00pm

Juventus v Atalanta 6:00pm

Fiorentina v Roma 8:45pm

It-Tnejn

Lazio v Udinese 8:45pm.