Formula 1 Sport

It-tieni rebħa konsekuttiva għaċ-champion Max Verstappen

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion renjanti tal-Formula 1 Max Verstappen kompla bil-forma tal-istaġun li għadda u kiseb it-tieni rebħa konsekuttiva dan l-istaġun meta rebħa il-Grand Prix ta’ Jeddah fl-Arabja Sawdija.

Verstappen temm qabel sieħbu fit-tim, Sergio Perez u s-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc li temmew fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Oscar Piastri temm fir-raba’ pożizzjoni u kien segwit minn Fernando Alonso. George Russell temm fis-sitt post filwaqt li s-sewwieq debuttant li kien qed jieħu post Carlos Sainz ma’ Ferrari temm fis-seba’ post.

Lando Norris u Lewis Hamilton temmew fit-tmien u d-disa’ post rispettivament. Nico Hulkenberg itemm fl-għaxar post.