“Tgħadduniex minn martirju ieħor..toħdulniex din ukoll”
Hekk intqal minn resident tax-Xemxija hekk kif qed jiġi propost torri ta’ 13-il sular fuq xagħri protett u qrib ħafna tal-cart ruts…żvilupp deskritt bħala wieħed mostruż li se jkun allegatament qed jipperikola wkoll il-Banjijiet Rumani li jinsabu eżatt taħt iż-żona fejn qed tiġi proposta triq ġdida sabiex tlaħħaq mal-influss kbir ta’ appartamenti.
Is-Sibt filgħodu NetNews kien preżenti għall-konferenza stampa fejn diversi kelliema semmgħu leħinhom kontra dan l-iżvilupp meqjus bħala theddida ta’ invażjoni fuq din iż-żona kif ukoll theddida fuq il-kwalita’ ta’ ħajja.
Ir-residenti tax-Xemxija diġà qed iħabbtu wiċċhom mal-bini ta’ żvilupp massiv ieħor fis-sit fejn kien hemm il-Mistra Village, fejn ġew proposti erba’ torrijiet enormi b’aktar minn 700 appartament.
Ix-xogħlijiet ta’ tħaffir bdew minkejja li l-Qorti laqgħet l-appell tar-residenti kontra l-permess. Jekk tintlaqa’ l-proposta tat-torri ta’ 13-il sular, f’dan il-post żgħir ħafna se jinbnew aktar minn 1,000 appartament fl-istess ħin.
Ta’ tħassib għar-residenti huwa wkoll in-nuqqas ta’ infrastruttura li hemm biex jiġu mmaniġġjati dawn l-1,000 appartament.
Waqt il-konferenza stampa inqtal li ma hemm l-ebda studju li juri x’impatt ser ikollu dan il-proġett. Intant Karen Tanti Attivista tal-Moviment Graffitti kif ukoll residenta saħqet li dan it-torri ser ikollu impatt enormi
//= $special ?>