Lokali

Peter Agius jiftaħ l-uffiċċju tiegħu fil-Mosta

Hekk kif ninsabu ftit xhur biss ‘il bogħod mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-preparamenti għal kandidati għaddejin ġmielhom biex ikunu ta’ servizz għall-poplu Malti u Għawdxi.

Is-Sibt filgħodu l-kandidat Peter Agius inawgura l-uffiċċju tiegħu fil-lokalità tal-Mosta fejn permezz ta’ dan Agius se jkun qed jissokta bil-ħidma tiegu f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Agius saħaq li jemmen li huwa essenzjali li l-Partit Nazzjonalista jasal għand kulħadd u permezz ta’ dan l-uffiċċju se jkompli l-kuntant kontinwu tiegħu man-nies.

Preżenti kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fejn faħħar lill-voluntiera p li qegħdin jgħinu lill-kandidati kollha tal-PN. Huwa saħaq kemm huwa importanti li l-partit jkun qrib in-nies b’mod kontinwu.