Lokali

Raġel miżmum mill-Pulizija wara argument fiċ-Ċirkewwa

Kommossjoni sħiħa barra t-terminal tal-Gozo Channel fiċ-Ċirkewwa, b’konsegwenza li raġel li l-identità tiegħu għadha mhiex magħrufa spiċċa arrestat mill-Pulizija.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa, fejn allegatament seħħ argument bejn xi nies u konsegwentament, raġel ġie fl-iden ma’ ħaddiem tal-Gozo Channel.

Konsegwenza ta’ dan, il-vapur tal-Gozo Channel fid-direzzjoni lejn Għawdex, spiċċa ittardja aktar minn għoxrin minuta.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejijn.