Diversi residenti Karkariżi ilmentaw ma’ Net News dwar is-sitwazzjoni fil-wied ta’ Birkirkara, fejn għal tliet ijiem sħaħ deher id-drenaġġ ħiereġ fl-istess wied – tant li l-konkos spiċċa ħdar bid-drenaġġ li ħareġ.
L-istess residenti qalulna li r-riħ tad-drenaġġ tant hi qawwija li qas tissaporti f’din iz-zona.
“Is-sitwazzjoni ilha tliet ijiem, u ħadd m’għamel xejn”, qalilna wieħed mir-residenti.
Oħrajn ilmentaw magħna għall-fatt li l-Kunsill Lokali ħalla lil Birkirkara f’telqa enormi, u l-awtoritajiet governattivi minn naħa tagħhom lanqas mhu jagħmlu impenn ta’ xejn favur ir-residenti.
//= $special ?>