Tfajla ta’ 12-il sena spiċċat fil-periklu tal-mewt wara li ġiet aggredita b’sikkina flimkien ma’ oħtha ta’ 15-il sena li sofriet minn ġrieħi gravi f’residenza fil-Marsa… minn raġel ta’ 43 sena.
Il-każ seħħ fi Triq San Tumas għall-ħabta tas-siegħa u nofs tas-Sibt waranofsinhar meta allegatament ir-raġel minn Bormla daħal fir-residenza u aggredixxa liż-żewġ tfajliet fil-preżenza ta’ tifel ta’ 14-il sena.
Filwaqt li r-raġel ħarab minn fuq il-post, iż-żewġt aħwa ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard it-tifla ta’ 12-il sena ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi serji filwaqt li oħtha ta’ 15-il sena sofriet minn ġrieħi gravi.
Dan filwaqt li t-tifel ta’ 14-il sena ma sofriex ġrieħi fiżiċi iżda kellu bżonn l-assistenza għax-xokk li ġarrab.
Intant, l-allegat aggressur instab aktar tard mill-Pulizija f’Bormla fejn ġie identifikat bħala Malti ta’ 43 sena residenti minn Bormla stess.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak li ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>