Qorti

Akkużat li saq karozza lejn uffiċjali tal-Pulizija

Raġel minn Raħal Ġdid ġie meħlus mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet wara li ġie akkużat li pprova jsuq il-karozza fuq uffiċjali tal-Pulizija filwaqt li m’obdiex l-ordnijiet tagħhom meta kien qed isuq b’negliġenza.

Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo ntqal kif l-akkużat, Emilio Aquilina ta’ 31 sena minn Raħal Ġdid kien f’argument mat-tfajla tiegħu f’San Pawl il-Baħar meta seħħ l-inċident.

L-uffiċjal prosekutur qal lill-Qorti li r-raġel kien fi stat aġitat u minflok obda l-ordnijiet tal-pulizija biex jieqaf saq lejhom.

Jidher li r-raġel volontarjament mar l-Għassa tal-Pulizija wara l-inċident.