Knisja Kultura Lokali

Amministartur parrokkjali ġdid għall-parroċċa tal-Ballutta

L-Arċisqof Charles Scicluna se jafda t-tmexxija tal-ħidma pastorali tal-parroċċa
tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta f’idejn Dun Joshua Cortis, li se jkun
l-amministratur parrokkjali ġaladarba l-kura pastorali ta’ din il-parroċċa tgħaddi minn
idejn l-Ordni Karmelitan għal għand l-Arċidjoċesi ta’ Malta.


Dun Joshua Cortis twieled fit-23 ta’ Diċembru 1987. Wara li ggradwa b’Baċellerat
fil-Kimika u l-Bijoloġija, beda l-mixja għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri
tal-Arċisqof f’Tal-Virtù fir-Rabat u studja fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’
Malta minn fejn iggradwa fil-Filosofija u t-Teoloġija. Kiseb ukoll Liċenzjat
fit-Teoloġija Pastorali.


Dun Joshua ġie ordnat saċerdot nhar it-8 ta’ Mejju, 2021. Matul is-snin ġie fdat
dawn il-ħidmiet: djaknu u bħala viċi kappillan f’San Ġiljan (2020-2024); u direttur
spiritwali tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke (2022-2024).
Il-parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta tiġbor fiha madwar 5,200 persuna.