Fl-iktar partita importanti tal-ġimgħa, Liverpool dawwru telfa fi draw kontra Manchetser City, bl-iskor finali jkun 1-1, riżultat li jiffavorixxi l-iżjed lil Arsenal li telgħu fl-ewwel post permezz tad-differenza fil-gowls.
John Stones ikkapitalizza minn żball tad-difensur Van Dijk meta xeħet ġewwa mill-viċin minn korner ta’ De Bruyne.
Liverpool għamlu l-iskor indaqs fil-50 minuta permezz ta’ penalty mogħti minn Alexis Mac Asllister. Il-penalty kien mirbuħ minn Nunez mill-foul kommess mill-goalkeeper Ederson.
Tottenham Hotspur kisbu rebħa kruċjali u resqu pass eqreb lejn il-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League meta għelbu lil Aston Villa b-iskor finali jkun 4-0.
Spurs għamlu l-ewwel taqsima jfittxu l-gowl, pero daħlu għal-ħin tal-mistrieħ fi draw ta’ 0-0, b’ James Maddison jiftaħ l-iskor fil-50 minuta mill-kross ta Sarr.
Tlett minuti wara Tottenham għamluhom tnejn permezz ta’ Brennan Johnson, bl-isofrtuna tkompli tikber għal Aston Vila meta tkeċċa l-captain John McGinn fil-65 minuta.
Fil-91 minuta Spurs ssiġilaw ir-rebħa permezz ta’ Heung-Min Son, b’ Timo Werner iżid mal-iskor ftit minuti wara.
Brighton irritornaw għar-rebħ fl-Amex Stadium meta għelbu lil Nottingham Forest bl-unika gowl tal-partita jasal man-nofsiegħa logħob mill-autogowl ta’ Omobamadile.
Intant, West Ham dawwru telfa fi draw kontra Burney fil-London Stadium, bl-iskor finali jkun 2-2.
It-tim li jinsab fid-19-il post fetaħ l-iskor permezz ta’ Datro Fofana wara 11-il minuta, bl-autogowl ta’ Mavropanos jagħmel l-iskor 2-0.
West Ham ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima, b’ Lucas Paqueta jikseb gowl lura, b’Danny Ings jagħmel l-iskor indaqs fil-91 minuta wara.
Is-Sibt
Man Utd.v Everton 2-0
Bournemouth v Sheffield 2-2
C.Palace v Luton Town 1-1
Wolves v Fulham 2-1
Arsenal v Brentford 2-1
Illum
Aston Villa v Tottenham 0-4
Brighton v Nottingham F. 1-0
West Ham United v Burnley 2-2
Liverpool v Man City 1-1
Għada
Chelsea v Newcastle United 9:00pm