Il-Palazz ta’ Kensington ħareġ l-ewwel ritratt ta’ Catherine (Kate) Middleton, il-Prinċipessa ta’ Wales, mindu hi, f’Jannar, għaddiet minn kirurġija kumplikata f’żaqqha.
Ir-ritratt, li nġibded minn żewġha, il-Prinċep William, waqt li huma kienu fil-Palazz ta’ Windsor, ħareġ għal Jum l-Omm li qed ikun iċċelebrat fir-Renju Unit u fih, il-Prinċipessa tidher bi tbissima kbira waqt li akkumpanjata mit-tlett uliedha.
Ir-ritratt kien anki akkumpanjat b’messaġġ ta’ ringrazzjament mingħand il-Prinċipessa ‘talli l-pubbliku baqa’ jaħseb fiha waqt li kienet qed tirkupra mill-kirurġija’. Madankollu hi mhix mistennija li tkompli mill-ġdid bil-funzjonijiet pubbliċi bħala membru tal-Familja Rjali qabel tgħaddi l-Festa tal-Għid.
Il-Prinċipessa Kate kienet damet madwar ġimgħatejn fil-London Clinic, fiċ-ċentru ta’ Londra, wara li saritilha l-kirurġija.
//= $special ?>

