Knisja Kultura Lokali

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ tal-Ibraġ

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l-ħidma pastorali tal-parroċċa ta’ Marija
Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ f’idejn Dun Brian Gialanzè bħala l-kappillan ta’
din il-parroċċa.

Dun Brian Gialanzè twieled fit-30 ta’ Jannar 1974. Beda l-mixja għas-saċerdozju
fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof f’Tal-Virtù fir-Rabat u studja fil-Fakultà
tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fil-Filosofija u t-Teoloġija.
Kiseb ukoll Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali. Bħalissa qed ikompli l-istudji tiegħu
fis-Soċjoloġija fl-Università ta’ Malta. Jagħmel parti mill-grupp Colloquium of
European Parishes.


Dun Brian ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2014. Matul is-snin huwa ġie fdat dawn
il-ħidmiet: djaknu fil-parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid (2014); viċi kappillan
fil-parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi (2015-2017); chaplain fil-Kulleġġ San
Injazju (2015-2017); u kappillan tal-parroċċa tal-Kalkara (2017-2024).
Il-parroċċa ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ tiġbor fiha madwar
13,000 persuna.