Knisja Kultura Lokali

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Kalkara

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l-ħidma pastorali tal-parroċċa ta’ San Ġużepp
fil-Kalkara f’idejn Dun Nicholas Pace bħala l-kappillan ta’ din il-parroċċa.

Dun Nicholas twieled fl-1 ta’ Diċembru 1961. Beda l-mixja għas-saċerdozju
fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof f’Tal-Virtù fir-Rabat u studja fil-Fakultà
tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fil-Filosofija u t-Teoloġija.

Dun Nicholas Pace ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1988. Matul is-snin ġie fdat
dawn il-ħidmiet: viċi kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara
(1988-1993); viċi arċipriet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar (1993-1995); kappillan
fil-parroċċa ta’ Ħal Safi (1995-2000); kappillan ta’ Birżebbuġa (2000-2013); u
arċipriet tal-parroċċa taż-Żejtun (2013-2023). Il-parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara tiġbor fiha madwar 3,100 persuna.