Basketball Sport

Knock-out BOV Irġiel: Starlites JSD jerbħu it-tielet unur tal-istaġun

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Starlites JSD…..89

Sigma Depiro…..83

(29-13)(14-20)(17-24)(29-26)

Ic-Champions Starlites JSD għamluhom tlieta minn tlieta dan l-istaġun fejn wara r-rebħ tas-Super Cup u l-John Tabone Shield huma rebħu wkoll il-Bank of Valletta knock-out wara li għelbu lil Depiro 89-83. Starlites rebħu dan l-unur għall-ewwel darba fl-istaġun li għadda biex b’hekk żammewh għat-tieni staġun konsekuttiv. Partita li rat lil Starlites jiftħu vantaġġ massimu ta’ 18 -il punt fit-tieni sessjoni 31-13 però Depiro kellhom is-saħħa li mhux biss jirkupraw iżda wkoll jieħdu vantaġġ ta’ 4 punti fl-aħħar sessjoni. Depiro kellhom lil Cameron Cornelius f’ġurnata mill-aqwa li però ma kienitx biżżejjed biex jieħdu lura dan it-trofew li l-aħħar li rebħu kien lura fl-istaġun 1998/1999. Kienu Starlites li kellhom l-aħjar bidu tal-partita b’sensiela ta’ trippli minn Matt Attard flimkien ma’ Kurt James. Depiro wkoll kellhom trippla minn Malcolm Mallia flimkien mal-punti ta’ Kameron Rooks u Cornelius. Hawn Starlites kellhom mument tajjeb fejn għamlu run ta’ 15-2 bi trippla ta’ Matthew Scerri u l-punti minn Christian Hinckson u Davone Craven biex temmew l-ewwel perjodu 29-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemm il-punti ta’ Craven li taw vantaġġ ta’ 18 -il punt lil Starlites. Hawn Depiro għamlu run ta’10-2 bi trippla ta’ Sean Galea però Hinckson ukoll għamel trippla għal Starlites flimkien mal-punti ta’James biex żammewhom 8 punti minn fuq 33-15. Qabel l-intervall, Depiro naqqsu d-distakk bil-punti ta’Cornelius u Alfred Hollins però trippla ta’ Ian Felice Pace għalqet il-perjodu favur Starlites fuq skor ta’ 43-33.

Wara l-mistrieħ, Depiro kellhom żewġ trippli minn Cornelius biex naqqsu d-distakk għal sitt punti. Starlites għamlu 5 punti mingħajr risposta però Depiro wkoll kellhom il-punti ta’ Hollins u trippla ta’ Cornelius. Fl-aħħar sekonda Depiro għamlu 4 punti b’baskets ta’Rooks u ieħor minn offensive rebound ta’ Nikola Bozovic għal skor ta’ 60-57. Depiro kellhom l-aħjar bidu tar-raba’ taqsima fejn wara li ppareġjaw bi trippla ta’ Cornelius, huma marru fuq quddiem bi break qasir ta’ 8-2. Starlites irkupraw permezz ta’ Jacob Bourke Doggett u Craven però trippla ta’ Bozovic poġġiet lil Depiro fuq quddiem għall-aħħar darba 71-68. HawnStarlites kellhom mument mill-aqwa meta għamlu run deċisiva 13-0 b’żewġ trippli ta’ Scerri u f’temp ta’ żewġ minuti u nofs marru 10 minn fuq. Depiro dehru demoralliżati u minkejja l-isforzi speċjalment ta’Cornelius, Starlites għalqu l-partita bl-aħħar punti ta’James hekk kif ħarġu rebbieħa 89-83. Fi tmiem il-partita, l-President tal-MBA Paul Sultana flimkien ma’ Stefan Abela f’isem il-Bank of Valletta ppreżentaw il-medalji lil players ta’ Starlites u l-unur tal-MVP lil Kurt James. Finalment, Alec Felice Pace għolla t-trofew fost il-briju tal-partitarji ta’ Starlites hekk huma ċċelebraw it-tielet unur tal-istaġun.

Starlites JSDA. Felice Pace 5, C. Hinkson 15, M. Attard 17, S. Aquilina, I. Felice Pace 5, M. Fabri, K. Fabri, M. Scerri 13, D. Craven 11, J. Bourke Doggett5, N. Sultana, K. James 18.

SIGMA Depiro: S, Galea 4, L. Trapani, N. Bozovic 10, A. Aquilina 2, A. Hollins 12, K. Rooks 16, M. Brincat 3, M. Mallia 3, C. Cornelius 33, N. Bukva, M. Debattista.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nestor Rincon. 

Il-finali bin-numri:

Starlites

Free throws – 10 minn 234

Baskets – 20 minn 37

Three pointers – 13 minn 36

Rebounds – 40

Assists – 25

Turnovers – 19

Steals – 12

Punti minn fast breaks: 14

Punti minn offensive rebounds: 25

Punti minn turnovers tal-avversarji: 29

Depiro

Free throws – 10 minn 21

Baskets – 20 minn 40

Three pointers – 11 minn 29

Rebounds – 40

Assists – 10

Turnovers – 20

Steals – 11

Punti minn fast breaks: 20

Punti minn offensive rebounds: 20

Punti minn turnovers tal-avversarji: 15