Basketball Sport

Knock-out Mapfre MSV Life Nisa: Depiro jirbħu in-Knock-out għat-tielet darba

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Caffè Moak Luxol….58

Depiro…………………65

(19-9)(11-21)(11-20)(17-15)

It-tielet unur tal-istaġun tan-nisa intrebaħ minn Depiro hekk kif huma għelbu lil Caffè Moak Luxol 65-58 fil-finali tal-Mapfre MSV Life Knock-out. Kien fl-istaġun 2010/2011 li Depiro rebħu l-aħħar knock-out tagħhom u fl-istaġun 2014-2015 li rebħu l-aħħar tazza. Partita li fiha l-players ta’ Adrian Baldacchino kellhom jiġu lura minn distakk ta’ 12 -il punt hekk kif Luxol kellhom total ta’ 18 -il minuta u seba’ sekondi fil-vantaġġ. Fil-fatt kienu Luxol li kellhom l-aħjar bidu meta fetħu bi break ta’ 11-2 bil-punti ta’ Josephine Diaby, Tayler Bennett u l-aħwa Sarah u Anna Fenech Pace. Depiro kellhom risposta bi trippla ta’ Kirsty Galea però Luxol kellhom aktar punti minn Anna Fenech Pace u Bennett biex temmew l-ewwel sessjoni 19-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu Luxol bdew b’basket ta’ Bennett biex ħadu l-akbar vantaġġ ta’ 12 -il punt 21-9. Hawn Depiro bdew ir-rimonta tagħhom meta għamlu run ta; 11-2 bi trippla ta’ Nicole Agius u waslu sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji 23-25. Luxol wieġbu permezz ta’ Fenech Pace però punti minn Claire Ciantar u Jose Ann Johnson għamlu l-iskor indaqs 27-27. It-taqsima għalqet bi trippla fuq kull naħa minn A. Fenech Pace u Agius għal skor ta’ 30-30. 

Wara l-intervall, Depiro fetħu bi trippli ta’ Kristy Galea u l-punti ta’ Johnson biex marru 4 minn fuq 38-34. Luxol naqqsu d-distakk bi trippli ta’ Bennett però Depiro malajr irrispondew bi trippla oħra ta’ Galea flimkien ma’ Johnson u Julia Borg biex temmew it-taqsima 50-41 minn fuq. L-aħħar taqsima fetħet bi trippla fuq kull naħa minn Julia Xerri u Bennett. Luxol kellhom il-punti minn Josephine Diaby biex naqqsu d-distakk għall-10 punti. Depiro wieġbu b’aktar trippli minn Xerri u Borg biex żammew kontroll tal-partita u ħarġu rebbieħa 65-58. Il-player ta’ Depiro Kristy Galea b’persentaġġ finali ta’ 50%, 2 assists, 6 rebounds u 17 -il punt rebħet l-unur tal-MVP tal-finali hekk kif Norman Mifsud Chief Officer Corporate Services tal-Mapfre flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana ppreżentaw it-trofew lil captain ta’ Depiro Claire Ciantar.

Caffè Moak Luxol: T. Bennett 20, L. Fenech Pace, H. Galea, N. Vella 5, E. Abela, M. Camilleri, S. Fenech Pace 13, J. Diaby 6, V. Baldacchino, S. Sciberras, S. Farrugia, A. Fenech Pace 14.

DepiroS. Abela 4, Ni. Agius 6, J. Xerri 9, J. Mallia, L. Sciberras, No. Agius, C. Ciantar 4, J. Borg 9, J. Johnson 16, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 17.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi

Il-finali bin-numri:

Luxol

Free throws – 12 minn 19

Baskets – 17 minn 53

Three pointers – minn 13

Rebounds – 40

Assists – 16

Turnovers – 16

Steals – 17

Punti minn fast breaks: 12

Punti minn offensive rebounds: 15

Punti minn turnovers tal-avversarji: 16

Depiro

Free throws – minn 14

Baskets – 15 minn 37

Three pointers – 10 minn 22

Rebounds – 45

Assists – 21

Turnovers – 24

Steals – 7

Punti minn fast breaks: 9

Punti minn offensive rebounds: 13

Punti minn turnovers tal-avversarji: 12