Il-pulizija f’Londra qed jinvestigaw każ kurjuż li kien jinvolvi raġel li kraxxja bil-karozza mal-gradi tal-Palazz ta’ Buckingham, fiċ-ċentru tal-kapitali.
Is-sewwieq weġġa fl-inċident u ftit wara, hu spiċċa arrestat mill-uffiċjali armati mal-Pulizija Metropolitana li jissuspettaw li hu ‘kellu l-ħsieb speċifiku li jagħmel il-ħsara.’
Ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-inċident seta’ kellu xi skop terroritiku – bir-raġel jiddaħħal l-isptar għal trattament.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-Sibt u bl-awtoritajiet jagħżlu li jiżvelawh proprju issa, anki waqt li qed tirranka l-inkjesta biex huma jsiru jafu ċ-ċirkustanzi ta’ madwar l-inċident.
//= $special ?>

