Milan telgħu fit-tieni post hekk kif kisbu rebħa minima imma important kontra Empoli ta’ 1-0.
Christian Pulisic skorja l-gowl tant importanti mis-suġġeriment ta’ Noah Okafor, b’dan ir-riżultat jitfa’ r-Rossoneri fit-tieni post b’59 punt wara li Juventus għal darb’oħra fallew milli jirbħu.
Juventus ma rnexxielhomx jegħlbu lil Atalanta fl-Allianz Stadium bil-partita tispiċċa fi draw ta’ 2-2.
L-istilla ta’ Atalanta Teun Koopmeiners kien protagonista fir-riżultat hekk kif skorja żewġ gowls personali, bil-Belġjan jiftaħ l-iskor tal-partita wara 35 minuta. Andrea Cambiaso skorja l-gowl tad-draw fis-66 minuta, b’ Juventus jieħdu l-vantaġġ ftit minuti wara permezz ta’ Arek Milik. L-istess Teun Koopmeiners sab ix-xibka meta għeleb lil Szczesny b’xutt baxx u b’saħħtu u rebaħ punt missielet għat-tim tiegħu.
Fl-aħħar partita tal-ġurnata rajna tmiem għal partita kontroversjali għall-aħħar hekk kif Diego Llorente salva punt għal Roma b’gowl fl-aħħar sekondi kontra Fiorentina biex għamel l-iskor finali 2-2.
Id-difensur laterali Luca Ranieri sab ix-xibka mill-korner ta’ Biraghi wara 18-il minuta logħob.
Il-Giallorossi għamlu l-iskor indaqs fit-58 minuta permezz tal-midfielder Houssem Aour mis-suġġeriment ta’ Dybala, b’Fiorentina jirrispondu għaxar minuti wara din id-darba b’Rolando Mandragora jsib ix-xibka.
Fl-aħħar azzjoni tal-partita, Roma skorjaw il-gowl tad-draw permezz tad-difensur Spanjol Diego Llorente.
Verona rebħu t-tieni partita konsekuttiva u kisbu tett punti kruċjali fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta għelbu lil Lecce barra minn darhom bl-iskor minimu ta’ 1-0.
Il-gowl deċiziv wasa wara 17-il minuta logħob mil-midfielder Michael Folorunsho li għeleb lill-goalkeeper minn tarf il-kaxxa mis-suġġeriment ta’ Suslov.
Il-Ġimgħa
Napoli v Torino 1-1
Is-Sibt
Cagliari v Salernitana 1-0
Sassuolo v Frosinone 4-2
Bologna v Inter 0-1
Genoa v Monza 2-3
Illum
Lecce v Verona 0-1
Milan v Empoli 1-0
Juventus v Atalanta 2-2
Fiorentina v Roma 2-2
Għada
Lazio v Udinese 8:45pm