Sirjan ta’ 29 sena nżamm arrestat hekk kif qed jaffaċja fil-Qorti akkużi li kien involut biex tidħol persuna f’pajjiżna b’mod illegali.
Is-suspettat ġie arrestat ix-xahar li għadda wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni dwar l-involviment tiegħu f’attivitajiet terroristiċi.
Minħabba li l-Pulizija ma kellix biżżejjed informazzjoni biex tressaq lill-akkużat il-Qorti, huma kellhom jeħilsuh mill-arrest. Madanakollu, l-investigazzjonijiet tagħhom baqgħu għaddejjin, bl-akkużat ġie arrestat it-tieni darba.
Hawnhekk, il-pulizija sabu fil-pussess tiegħu żewġ passaporti Maltin li allegatament kien juża’ biex imur il-Ġermanja. Wieħed minnhom kien ta’ qarib tiegħu.
L-investigazzjonijiet li saru wasslu biex il-Pulizija temmen li dawn il-passaporti kienu se jintużaw biex xi persuna tidħol f’pajjiżna illegalment.
L-imputat wieġeb mhux ħati ta’ dawn l-akkużi iżda l-Qorti ċaħdet it-talba tiegħu għall-ħelsien mill-arrest.
Mixli li pprova jdaħħal persuni Malta illegalment
