Lokali

“Pajjiżna reġa’ għandu bżonn il-PN; min hu responsabbli għandu jwieġeb għal għemilu” – Claudette Buttigieg

“Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jagħmel dak li hu sewwa għaliex pajjiżna għandu bżonna.”

Kien dan li qalet ix-Shadow Minister, Claudette Buttigieg waqt attività politika li saret dalgħodu fi Ġnien l-Istazzjon, Birkirkara.

Claudette Buttigieg appellat biex il-Prim Ministru jagħmel dak li hu sewwa u min hu responsabbli jwieġeb għal għemilu u jerfa’ r-responsabbiltà politika.

“Inkomplu naħdmu. Pajjiżna reġa’ għandu bżonna,” qalet Buttigieg. “Umilment ejja nifhmu li din hija responsabbilta’ enormi. Imma ejja nuru aktar li aħna konvinti, li bl-għajnuna tiegħek aħna naslu għaliex li naqtgħu qalbna mhix għażla u aħna ma naqtgħu qalbna qatt!”