Lokali

MILJUN EWRO: Rapporti jindikaw tranżazzjonijiet suspettużi fil-kontijiet bankarji tal-familja Abela

Analiżi illi saret mill-Bank of Valletta tal-kontijiet tal-bankarji ta’ Robert Abela u Lydia Abela juru tranżazzjoni ta’ miljun ewro li huma potenzjalment suspettużi. Fatt illi dwaru tkellmet it-Times fil-faċċata tal-gazzetta tal-Ħadd, fejn kompliet titfa dawl fuq l-allegazzjonijiet serjissimi li ilhom jiċċċirkolaw xhur sħaħ dwar il-ġid li rnexxielu jkattar Robert Abela, u kif iġġenera dawn il-flejjes kbar.

Fost dawn tranżazzjonijiet suspettużi, hemm tliet tranżazzjonijiet mill-kont ta’ Robert Abela għall-kont ta’ martu Lydia ta’ madwar €640,000 bejn l-2017 u l-2019. B’kelliem għall-Prim Ministru jgħid biss li dawn huma allegazzjonijiet redikoli.

Skont it-Times, il-familja Abela ħalltet flimkien il-flus li kienu ġejjin minn xogħol legali, ma’ flus oħra li kienu purament għal spejjes personali – bħall-miżati tal-iskola tat-tifla. Dan filwaqt li qed jerġgħu iqumu dubji serji dwar il-lussu li jgħix fih il-Prim Ministru, inkluż il-yacht u tliet propjetajiet li skont Robert Abela ġew akkwistati mingħajr loan.

Barra minn hekk Lydia Abela irrifjutat li tagħti lil bank il-kopji tar-return tat-taxxa.

Ir-review mill-Bank of Valletta saret f’Jannar tal-2020, meta Abela inħatar Prim Ministru.