Futbol Sport

Rebħa dominanti għal Ħamrun Spartans kontra Mosta

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

MOSTA……………..0

ĦAMRUN S……….4

Mosta: U. Akpan (D. Ciappara 46’), W. Britto, G. Chara, J. Vassallo (S. Cachia 74’), D. Ben Aziz, P. Tenebe (E. Mensah 46’), C. Nwoga, J. Scerri (D. Aneni 46’), G. Sciberras, K. Tulimieri (J. P. Farrugia 46’), A. Hovhannisyan

Ħamrun S: F. Marchetti, E. Marcelina, S. Borg, R. Camenzuli (J. Mbong 10’), N. Krstic, U. Djuranovic, B. Ederson, E. Freitas (R. Prsa 74’), J. Corbalan, L. Montebello (O. Bjelicic 83’) , J. Robert (S. Paintsil 76’)

Imwissija: D. Ben Aziz 15’, J. Vassallo 43’, G. Chara 62’ (M), J. Robert 29’ (Ħ)

Tkeċċa: S. Borg 86’ (Ħ)

Skorjaw: E. Freitas 4’, L. Montebello 43’, 71’, J. Corbalan 45+1’ (Ħ)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Mark Ciantar

BOV Plejer tal-Logħba: Luke Montebello (Ħamrun Spartans)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Joseph Mbong (Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans irritornaw għar-rebħ u reġgħu telgħu jokkupaw l-ewwel post meta fl-ewwel partita tal-Ħadd fit-Tony Bezzina Stadium huma għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 4-0.

Iċ-champions serħu rashom mir-rebħa sa tmiem l-ewwel taqsima hekk kif sal-mistrieħ kienu diġa skorjaw tliet gowls u kellhom il-kontroll assolut tal-partita.

Min-naħa l-oħra Mosta ftit setgħu jagħmlu fil-ġurnata biex baqgħu fin-naħa t-isfel tal-klassifika u għalhekk fil-ġlieda missielta kontra r-relegazzjoni.

Ħamrun fetħu l-iskor wara bis erba’ minuti meta kien kross tal-plejer Serb Nemanja Krstic li sab lil Elionay Freitas li mil-viċin ma’ żbaljax.

Fit-43 minuta l-Ispartans għamluhom 2-0 meta din id-darba kien Jonny Robert li mix-xellug tefa’ kross preċiż lejn l-aqwa skorer tal-kampjonat Luke Montebello li b’xutt mill-ewwel u b’saħħtu għeleb għal kollox lil Akpan.

Ħamrun kienu għadhom mhux lesti fl-ewwel taqsima hekk kif minuta fuq il-ħin regolamentari kross tas-sostitut Joeph Mbong isib fil-kaxxa ż-żgħira lil Juan Corbalan li minn taħt Akpan tefa’ fix-xibka bil-Ħamruniżi jidħlu jistrieħu prattikament rashom mistrieħ b’vantaġġ ta’ tliet gowls.

Ħamrun komplew jiddominaw il-logħob anke fit-tieni taqsima u wara li kkontrollaw tajjeb lill-avversarji, fil-71 minuta skorjaw ir-raba’ gowl. Kien kross għal darb’oħra ta’ Joseph Mbong li sab lil Luke Montebello fil-post preċiż u bi prattikament lasta vojta l-internazzjonali Malti skorja t-18-il gowl tiegħu fil-kampjonat.

Fit-80 minuta Ħamrun jingħataw penalty meta Seth Paintsil twaqqa’ fil-kaxxa, iżda fit-tentattiv li jgħaqqad hat-trick personali, Luke Montebello ra x-xutt mill-11-il metru jkun milqugħ mill-goalkeeper sostitut Dylan Ciappara.

Ħames minuti wara Ħamrun jispiċċaw jilagħbu b’10 min-nies meta b’karta ħamra diretta tkeċċa għalihom id-difensur Steve Borg.

L-iskor sat-tisfira finali ta’ Fyodor Zammit ma mbidilx u Ħamrun irritornaw fl-ewwel post b’49 punt, punt fuq l-eqreb rivali Floriana.

Ritratt ta’ Joseph Galea