Lokali

Robert Abela ma jagħti ebda garanzija dwar il-pensjonijiet

Il-pressjoni fuq il-Gvern dwar il-pensjonijiet tant hi kbira li Robert Abela spiċċa kellu jirreaġixxi l-Ħadd filgħodu għall-artikli ippubblikati minn Net News, għalkemm fl-ebda ħin ma ta garanzija fuq il-futur ta-pensjonijiet. U l-uniku garanzija li ta hi dwar il-pensjonijiet preżenti, taħt gvern immexxi minnu.

Abela kelli kull opportunità jaqta’ id-dubji serji li qed iqumu, iżda naqas milli jagħti assigurazzjonijiet lill-ħaddiema li bħalissa qed iħallsu l-bolla għall-pensjoni.

F’diskors ieħor minn Robert Abela li matulu nfexx f’attakki partiġġjani minflok ta imqarr soluzzjoni waħda għall-problemi li għaddej minnhom il-poplu Malti u Għawdxi kawża tan-nuqqas tal-Gvern tiegħu stess.

Il-Ħadd filgħodu, fil-Kulleġġ San Benedittu, f’Ħal Kirkop, Robert Abela m’għamel l-ebda stqarrija li xi Membru Parlamentari jew hu nnifsu se jkunu qed jerfgħu r-responsabbiltà politika b’rabta mal-Inkjesta Pubblika ta’ Sofia – L-ebda ammissjoni jew sens ta’ umiltà – Inkjesta Pubblika li ta’ min wieħed jgħid li Robert Abela u sħabu vvotaw kontriha.

Intant, matul id-diskors tiegħu ma għamel l-ebda referenza għall-aħbar li ħarġet fl-Editorjal ta’ The Sunday Times of Malta fejn qed tallega li Robert Abela għandu tranżazzjonijiet suspettużi fil-kontijiet bankarji tal-familja tiegħu.

Robert Abela naqas ukoll milli jsemmi kemm it-tkabbir ekonomiku qed iħalli impatt negattiv fuq il-ħaddiem Malti kif kien saħaq il-Ministru Clyde Caruana nnifsu meta kien ammetta kif dan it-tkabbir seta’ jsir b’mod differenti u aħjar.