Lokali

Twissijiet dwar telefonati qarrieqa bl-emblema tal-Pulizija ta’ Malta

Il-Pulizija qed twissi biex wieħed joqgħod attent hekk kif diversi persuni rraportaw li qed jirċievu telefonati fuq WhatsApp minn numri barranin bl-emblema tal-Pulizija ta’ Malta.

Dawn it-telefonati mhumiex qed isiru mill-Pulizija ta’ Malta u kull min jirċievi dawn it-telefonati għandu jinjorahom.